En Argentina existe una especial y
acendrada devoción a San Cayetano, patrono del "Pan y Trabajo". Me ha
parecido que en Italia es menos invocado que aquí, o por lo menos no
está tan presente en la piedad popular como en nuestro país, a no ser en
el Sur, en Nápoles particularmente. También se le profesa devoción en
la isla de Malta, y muy en particular en la ciudad de Hamrum, donde
tiene una parroquia (con pintura de Gagliardi, famosa) y donde existe
también una notable iconografía (imágenes del Santo) en el salón
comunal. Aunque no entendamos "casi" nada de maltés (que es una lengua
fundamentalmente semítica) podemos ver la iconografía del Santo en
Hamrum....
San Gejtanu
San Gejtanu minn Thiene twieled f’ Ottubru ta’1480. F’dak iż-żmien l-Italja Ċentrali, (għax dak iż-żmien l-Italja kienet magħmula minn ħafna reġjuni) waqgħet f’idejn it-Torok. Biex umbagħad reġgħat intrebħet lura sentejn wara, l-aktar bis-saħħa tal-mewt tas-Sultan Mehmet II, fit-3 ta’ Mejju 1482.
Meta twieled Gejtanu kien sar il-pontifikat ta’ Sistu IV. Dan il-pontifikat dam mill-1471 sa 1484. F’dan Sistu IV il-Papa kien approva l-quddiesa tal-Kunċizzjoni li titqaddes.
.Fis-sena 1504 iż-żagħżugħ Gejtanu ħa l-lawrija ta’ avukat u anke il-lawrija fil-liġi kanonika
Fiż- żmien San Gejtanu l-mużika rinaxximentali b’ċertu melodija jew ballabli jew b’ċerta akkumpanjament, li kienu jsejħulha ‘mużika sekulari’ ma setax tindaqq ġol-knejjes
Kemm dam ħaj San Gejtanu kien hemm 9 Papiet differenti jmexxu il-Knisja Kattolika. Dawn kienu Sistu IV, Innocent VII, Alessandru VI, (Dan kien l-aktar Papa li nkwieta lil San Gejtanu) Piju III, Julius II, Lei X, Hadrian VI, Clement VII u Pawlu III.
Fl-1527 San Gejtanu ġie imsawwat flimkien mat-teatini l-oħra. Waqt li fl-istess żmien il-Papa ta’ dak iż-żmien, l-Papa Clement VII kien arrestat u inħeles fis-6 ta’ Diċembru. Dan il-Papa dam il bogħod mill-Vatikan għal 10 xhur sħaħ fejn umbagħad irritorna fil-Vatikan f’Ottubru tas-sena ta’ wara. Dan kien l-istess żmien meta 3 pajjiżi riedu jieħdu l-Italja, jiġifieri l-Ingilterra. Franza u Spanja.
San Gejtanu ma għamel l-ebda regola għall-patrijiet tiegħu Theatini. L-uniku regola li tagħhom kienet li iwettqu fil-prattika l-Evanġelju. Il-patruna ewlenija tat-Teatini magħżula minn Gejtanu stess hija Marija Immakulata Kunċizzjoni.
San Gejtanu ta l-enerġija tiegħu, il-ħin kollu tiegħu, l-intelliġenza tiegħu, il-ġid tiegħu u ħajtu jaħdem fi problemi soċjali fejn kien jgħix. San Gejtanu matul ħajtu kien iħeġġeġ nies tajba li kellhom il-flus sabiex huma wkoll jiftħu djar għall-emarġinati, foqra, u persuni bi bżonnijiet speċjali.
Aktar minn ħames mitt sena ilu San Gejtanu ħadem bis-sħiħ għall-foqra, għal dawk li jinqabdu fl-użura, għall-morda, għax-xebbiet tat-triq, għall-ħabsin, bħal dawk li joħorġu mil-ħabs, kontra l-iskjavitur u għall-waqfien mill-ġlied li nibet f’Napli dak iż-żmien, li għal din ta’ l-aħħar offra wkoll il-ħajja tiegħu.
San Gejtanu huwa wieħed minn żewġ qaddisin (barra San Ġużepp) li jġib il-Bambin tarbija f’idejh. Il-qaddis l-ieħor huwa Sant’ Antnin ta’ Padova.
San Gejtanu fl-1530 waqqaf il- Monte di Pieta’ fejn dan kien bħal bank kif nafuhom illum ( għax dak iż-żmien ma kienx hawn banek) bl-iskop li isellef il-flus lill-foqra mingħajr imgħax u jeħlishom mill-użura. Aktar tard il- Monte di Pieta’ inbiddel fil-Bank ta’ Napli.
San Gejtanu ma mietx martri, pero xorta waħda jitqies bħala martri għax hu miet vittma tal-poplu Naplitan. Għax Gejtanu offra lil Alla li hu jmut basta jieqaf it-tixrid ta’ demm. Filfatt hekk ġara għax hekk kif in-Naplitani semgħu bil-mewt ta’ Don Gejtano, telqu l-armi u ġrew lejn il-knisja ta’ San Pawl biex jaraw għall-aħħar darba lil dak il-bniedem li tant ħabbhom, li tant ħadem għalihom, li tant dewwa jekk mhux lilhom imma lil qrabathom, u fuq kollox kemm tħabat u ħadem biex iressaqhom lejn Alla.
San Gejtanu waqqaf ukoll għaqda tal-lajċi. Din l-Għaqda li msemmija, d-Divina Amore, imħabba qaddisa, waqqafha fil-perfezzjoni spiritwali biex jgħinu u juru mħabba lejn il-morda fl-isptarijiet. Tnejn min dawn l-għaqdiet San Gejtanu waqqafhom minn flusu stess.
San Gejtanu kellu dehra tal-Madonna bil-Bambin fil-Milied tas-sena 1517.
Fl-1517 kienet sena kruċjali kemm għal Geatano Thiene u għal Martin Luther (Luteru). Dan għaliex Gejtanu, ta’ 37 sena, kienet il-bidu ta’ ferħ divina għax Ġesu’ tarbija ġie mogħti lilu waqt li għal Luteru wkoll kienet kruċjali għall-ħajja rivoluzzjonarja ta’ protestantizmu li kien qabad dak iż-żmien minħabba li f’Ġunju ta’ dik is-sena Luteru ta’ 34 sena, sammar l-akkużi tiegħu kontra l-kleru mal-knisja ta’ Wittenburge Castle.
Kemm Gejtanu u Luteru kienu żewġ għorrief u żewġ riformisti kbar. It-tnejn tathom rashom meta raw li kemm il-mexxejja tal-knisja u anke l-ħajja ta’ dawk ta’ madwarhom kienu laxki u ta’ taħwid kemm fil-knisja u anke fil-ħajja tas-seklu sittax. It-tnejn riedu li jagħmlu xi ħaġa. Pero’ filwaqt li Luteru prova jirranġa u ma baqax fidil lejn il-knisja, Gejtanu ried li dak li jagħmel jagħmlu għall-glorja ta’ Alla u ried li jibqa’fidil lejn il-Knisja ta’ Kristu. Luteru telaq minn parti u qal u għamel dak li ġie għal idejh. Gejtanu ltaqa’ mal-Papa u qasam miegħu il-ħsibijiet futuri f’talb kontinwu quddiem Ġesu’ Ewkaristija. San Gejtanu baqa’ jaħdem minn ġewwa tal-knisja b’koordinazzjoni kbira mal-Papa, Talab lil Alla fuq kollox u talab lill-Papa għall-konċilju u riforma fil-knisja. Sfortunatament għalih, Don Gaetano laħaq miet meta l-Papa għamel il-Konċilju u r-riforma fil-Knisja.
Sentenza, li l-Imgħallem tagħna Ġesu’ uża għaċ-ċenturjun Ruman, meta qal lil ta’ madwaru “Qatt ma ltqajt ma’ fidi hekk kbira”. Din l-istess sentenza użaha Klement VII mal-kardinali ta’ madwaru, meta dawn ta’ l-aħħar bdew jgħidu bejniethom, li Gejtanu u t-teatini tiegħu kienu, jittantaw u jiċċalinġjaw ‘l Alla biex jagħmel magħhom miraklu kuljum. Hawnhekk il-Papa dar fuqhom u qal “Qatt ma ltqajt ma’ fidi hekk kbira”. B’din il-fidi soda li Gejtanu wera f’Alla, il-Papa de Medici ta l-permess li l-għaqda ta Don Gaetano tibda tiffunzjona għall-ġid ta’ l-erwieħ.
Bħala Gejtanu tagħna, kemm ommu kif ukoll missieru mietu kollha f’Awissu. Nafu li Gejtanu miet fis-7, ommu mietet nhar Santa Marija fil-15 ta’ Awissu 1520, u missieru ġie maqtul fil-21 ta’ Awissu 1482
San Gejtanu huwa l-Qaddis tal-providenza waqt li fl-Arġentina San Gejtanu huwa meqjum ukoll bħala l-protettur tax-xogħol.
San Gejtanu, fuq xewqa tiegħu jinsab midfun fil-Knisja ta’ San Pietru. San Gejtanu ġie beatifikat mill-Papa Urbanu 8 fit-23 ta’Novembru 1624 u ġie proklamat Qaddis mill-Papa Klement 10 fit-12 ta’April 1671.
Talba: Lil San Gejtanu Għall-Familja
O alla int li tajt lil San Gejtanu Qaddej tiegħek il-grazzja li jgħix ħajja bħal ta’ l-appostli, agħti lilna wkoll il-grazzja li bl-eżempju tiegħu jidħol, illum ukoll, fil-Familji Maltin, fil-Familji Ħamruniżi, biex bil-virtujiet u bl-eżempju tiegħu, il-Familja tkun soda magħquda u b’saħħitha u qatt u xejn ma tinġarr mill-kurrent ta’ dawn iż-żminijiet.
San Gejtanu itlob u ħares il-Ħamrun mid-diżgrazzji kontra l-familja.Verġni Marija itlob għalina.Amen.
No hay comentarios:
Publicar un comentario